IL-QUDDIESA TAL-FUNERAL FIL-KNISJA-SANTWARJU

Għeżież,

Nixtiequ nissieħbu magħkom fin-niket tagħkom f’dan il-mument iebes għalikom. Se nagħtukom xi punti biex jgħinukom ħalli l-funeral fil-parroċċa tagħna jsir b’mod dinjituż u qaddis.

1. Il-parroċċa tipprovdi saċerdot wieħed li jmexxi l-quddiesa tal-funeral. Jekk tkunu tridu xi saċerdoti oħra biex jikkonċelebraw, ikun jinħtieġ li tfittxuhom intom.

2. Araw minn qabel min se jaqra l-lezzjoni. Dawn għandhom ikunu persuni li jkunu jafu jaqraw sewwa ħalli jxandru l-Kelma t’Alla b’mod xieraq. Normalment, tinqara lezzjoni waħda u s-Salm Responsorjali.

3. It -talbiet ta’ interċessjoni (jew tal -Fidili) jinqraw dawk li nsibu fil -Ktieb tal -Funerali, iżda jekk il -familjari jkunu jixtiequ li jiktbu xi talbiet huma, dawn għandhom dejjem jintwerew lis -saċerdot li jkun se jqaddes minn qabel, jiġifieri lejliet il -jum tal -funeral. Ma jkunx possibbli li jsiru aktar minn erba’ talbiet. It -talbiet ta’ interċessjoni jinqraw mill – microphone tal -genb tal -presbiterju. L – ambone jitħalla ghax -xandir tal -Kelma t’Alla. 

4. L -innijiet waqt il -quddiesa għandhom ikunu dawk liturġiċi. Għandha tiġi evitata li tindaqq mużika assoċċjata m’attivitajiet sportivi u soċjali. Importanti nirrispettaw is – sens sagru tas -sagrifiċċju tal -quddiesa. 

5. Bħala offerti, ikollna tlieta. 

6. Fuq it -tebut ma jitqiegħed xejn ħlief is -Salib li jkun fuq l -għatu. Dan ifisser, la fjuri u lanqas bnadar jew oġġetti oħra. Lanqas ma jitqegħdu ritratti tal -mejjet jew tal – mejta fuq it -tebut. Il -persuna mejta fil -knisja hija biżżejjed biex tfakkarna fil -preżenza ta’dak li jkun ħalliena. 

7. Huwa ċ -ċelebrant li fl -aħħar tal – quddiesa jirringrazzja lil dawk preżenti f’isem il -familjari, għalhekk ma jsirux eloġji jew poeżiji minn xi membru tal -familja. Ħafna minn dawn id -dispożizzjonijiet jinsabu fiċ – ċirkolari tal -Kurja li tirregola l – Funerali fil -knejjes tagħna. 

8. It -tifkira tal -mejjet/mejta (santi) ikunu jistgħu jitqassmu eżatt kif iċ -ċelebrant jidħol fis -sagristija wara l -quddiesa. Ikollkom ħin biżżejjed. Nitolbukom ma tqassmux tifkiriet f’xi ħin ieħor tal – quddiesa għax ittellfu l -ġabra li suppost ikollna waqt iċ -ċelebrazzjoni. 

9. Meta t -tebut iħalli l -Knisja wara l – quddiesa, araw li ma ddumux iżżejjed fuq iz -zuntier biex issellmu lil xulxin ħalli b’hekk il -funeral jipproċedi lejn iċ-ċimiterju mingħajr dewmien żejjed. 

10. Araw li l -fjuri li tordnaw ma jkollhomx reċipjenti jqattru l -ilma għax iħammġu l – knisja. Tkun ħaġa xierqa li jitħallew xi bukkett tal -fjuri quddiem is-Sagrament. Dan iżda, fil -liberta tal -familjari. 

11. Min ikun irid juża l-orgni l-kbir tal-kanen, (pipe organ), jinfurmana minn qabel.