Magħmudija
Is-Sagrament tal-Magħmudija jingħata darba fix-xahar, il-Ħadd filgħodu, wara l-quddiesa tal-10am.
Biex tarbija tirċievi l-Magħmudija, il-ġenituri jridu jiġu l-Uffiċċju Parrokkjali u magħhom iġibu ċ-ċertifikat tat-twelid mir-Reġistru Pubbliku, iż-żewġ dikjarazzjonijiet tal-parrini u l-permess tal-Kappillan tal-parroċċa tagħhom (jekk ma jkunux joqgħodu fil-Parroċċa ta’ Santa Marija).
Griżma tal-Isqof
Is-Sagrament tal-Griżma tal-Isqof jingħata lit-tfal li jagħlqu ħdax-il sena (tfal li l-iskola jkunu Form 2).
Fil-parroċċa tagħna, il-Griżma ġeneralment niċċelebrawha fit-tieni Sibt ta’ Ottubru fis-6pm.
Qrar
Il-qrar isir fil-knisja, qabel jew wara l-quddies. Min ikun jixtieq appuntament għall-qrar għandu jċempel l-uffiċċju parrokkjali.
Tqarbin
L-Ewwel Tqarbina ġeneralment tingħata lit-tfal ta’ seba’ snin (tfal li l-iskola jkunu year 2) fl-aħħar Ħadd ta’ Mejju fl-10.30am.
It-Tqarbin lill-morda fi djarhom isir matul il-ġimgħa u nhar ta’ Ħadd mill-Ministri Straordinarji tat-Tqarbin u fl-ewwel Ġimgħa tax-xahar mill-Kappillan.
Min ikun jixtieq jirċievi t-tqarbin id-dar, jista’ jkellem lil xi ħadd mis-saċerdoti tal-parroċċa jew mill-Ministri Starordinarji tat-Tqarbin. Dak li jkun jista’ wkoll jibgħat jgħarrafna permezz ta’ e-mail jew telefonata.
Griżma tal-Morda
Is-Sagrament tal-Griżma tal-Morda jingħata lil min jitolbu skond il-ħtieġa. Min jixtieq jirċievi dan is-Sagrament jista’ jkellem lil xi ħadd mis-saċerdoti jew mill-Ministri Straordinarji tat-Tqarbin. Dak li jkun jista’ wkoll jibgħat jgħarrafna permezz ta’ e-mail jew telefonata.
Żwieġ
Il-Quddiesa bis-Sagrament taż-Żwieg issir f’xi ħin maqbul mal-Kappillan tal-parroċċa.
Kors ta’ Kana
Fil-parroċċa tagħna, il-Kors ta’ Kana bi tħejjija għaż-Żwieġ jibda fl-ewwel jew it-tieni Ħamis t’Ottubru. Il-laqgħat isiru fiċ-Ċentru Parrokkjali u jibdew fis-7.30p.m. Ir-reġistrazzjoni għall-Kors ta’ Kana jibda, normalment, mal-bidu ta’ Settembru u biex koppja japplikaw iridu jmorru huma stess fl-Uffiċċju Parrokkjali. canamovement.org






