LILL-ĠENITURI LI SE JGĦAMMDU LIL ULIEDHOM FIS-SANTWARJU
Għeżież,
Nixtieq nifirħilkom li se twasslu lil uliedkom biex jirċievu lMagħmudija. Din hi grazzja li qed jagħtikom il-Mulej bħala
familja. Tajjeb għalhekk tifhmu li intom se tidħlu garanti għallfidi tagħhom sakemm dawn jikbru u jaslilhom iż-żmien li
jirċievu s-sagrament tal-Griżma tal-Isqof. Dakinhar ikunu
huma li jikkonfermaw dak li qegħdin tagħmlu intom għalihom
illum.
Se nagħtikom xi punti biex jgħinukom għal dak in-nhar tal Magħmudija:
-
- Il-Maghmudija tinghata waqt celebrazzjoni tal-Kelma t’Alla. Ikun hemm siltiet mill-Iskrittura inkluż il-vanġelu, l-omelija, ir-Rit propju tal- agħmudija u l-Barka talġenituri.
- Kunu l-knisja mill-inqas kwarta qabel ma tibda ċċelebrazzjoni. Ikollkom bank rizervat għalikom fuq quddiem, jiġifieri għall-omm, il-missier u ż-żewġ parrini.
- Ġibu magħkom xall abjad, maktur biex tixxuttaw xagħar it-tarbija, id-dummy kif ukoll il-bottle. Jekk it-tarbija tibki
fit-tul u jkollha bżonn tixrob tistgħu tidħlu biha fissagristija. Araw li tkun msaħħna sew, speċjalment fixxitwa. - Jekk għandkom tfal żgħar ħafna u taħsbu li ma joqogħdux kwieti fil-knisja, ippruvaw ħalluhom id-dar ma’ xi ħadd għax inkella jtellfukom waqt iċ-ċerimonja.
- L-aktar importanti li jkunu preżenti huma l-ġenituri, ittarbija u l-parrini. Jekk se tistiednu xi nies oħra araw li dawn jiġu biex jipparteċipaw fiċ-ċelebrazzjoni u mhux biex ikunu biss spettatturi. Il-qraba jew ħbieb għandhom jaraw li jiġu bi spirtu ta’ talb mhux għall-kurżita’.
- Jista’ jkun hemm parrinu wieħed biss. Jekk se jkun hemm tnejn, dawn għandhom ikunu raġel u mara għax qegħdin
jirrappreżentaw lill-ġenituri. Ma jistax ikunu aktar minn tnejn. Araw li l-parrini li tagħżlu jkunu ta’ karattru
eżemplari u ta’ ħajja nisranija tajba. Iridu jġibu nota ta’ idoneita’ minn għand il-Kappillan ta’ fejn joqghodu. - Għall-Magħmudijiet komunitarji jkollna fotografu mqabbad mill-parroċċa biex ikollna aktar ordni. Tifhmu li
mhux possibbli jkollna diversi fotografi jduru mal-knisja għax itellfu l-ġabra. Tistgħu tiftehmu mal-fotografu biex
tiġbru r-ritratti minn għandu. Għall-Magħmudijiet privati, il-ġenituri jkunu jridu jaħsbu għall-fotografu huma. - Nippruvaw li ma ndumux ħafna biex jittieħdu r-ritratti wara ċ-ċelebrazzjoni. Tajjeb ukoll li nżommu s-skiet filknisja waqt li jkunu jittieħdu r-ritratti.
- L-Ordni tal-Magħmudija jkun hekk:
- ir-Rit tal-bidu: għoti tal-isem u s-salib fuq xbin ittarbija mill-ġenituri u l-parrini. It-tarbija tagħkom se tgħix ħajjitha fid-dell tas-salib li jwassal għall-glorja;
- qari u spjega tal-Kelma t’Alla;
- wara l-omelija ssir it-talba hekk imsejħa tal-Eżorċizmu u d-dlik biż-żejt tal-Katekumeni (hawn tiftħu l-libsa malgħonq tat-tarbija). Kull tarbija li titwieled tibda tifforma parti mill-ġeneru uman li hu ferut bis-suppervja u legoiżmu (dak li jissejjaħ id-dnub tan-nisel). Permezz ta’ din it-talba u d-dilka, it-tarbija se jkollha l-opportunita’ li tagħżel dak li hu tajjeb bil-qawwa tal-Ispirtu s- santu;
- tberik tal-ilma fil-fonti. Il-fonti li hu forma ta’ ġuf, iwelled “trabi ġodda fil-fidi”;
- iċ-ċaħda tax-xitan u l-għemejjel tiegħu kif ukoll listqarrija tal-fidi fit-Trinita’ Qaddisa mill-ġenituri: filMissier li joħloq, fl-Iben li jifdi u fl-Ispirtu li jqaddes;
- il-Magħmudija propja bit-tiswib tal-ilma u bil-kliem “Jiena ngħammdek…..”;
- l-aċċettazzjoni tat-trabi fil-komunita’ tagħna b’akklamazzjoni minn dawk preżenti ġeneralment b’ċapċipa;
- id-dilka tal-qorriegħa tar-ras biż-żejt tal-Griżma (imħallat bil-balzmu). Dan iż-żejt li jiġi kkonsagrat nhar Ħamis ix-Xirka filgħodu jfisser li min jindilek bih se jiġi kkonsagrat – mogħti kollu kemm hu lil Alla biex jagħrfu, iħobbu u jaqdih. Il-balzmu li hu fwieħa, ifisser li n-nisrani jrid ifewwaħ l-ambjenti li jkun fihom bil-ħajja korretta tiegħu;
- l-għoti tal-libsa l-bajda. Din tfisser li t-tarbija issa se tibda tgħix il-ħajja tal-grazzja msaħħa mill-ġenituri. Hi ġiet ‘imlaqqma’ fil-Mulej Ġesu’ biex tibda tgħix il-ħajja tiegħu. Ġeneralment, il-parrina tlibbes ix-xall lit-tarbija;
- il-missier, bħala rappreżentant tal-familja, jixgħel ix-xemgħa mill-Blandun. Din ix-xemgħa kbira ġiet dekorata u mixgħula fil-Vġili tal-Għid u tfisser id-dawl ta’ Kristu Rxoxt. Kull bniedem, inkluż it-tarbija tagħkom trid tgħix f’dan id-dawl u anke twassslu lill-oħrajn;
- is-saċerdot imiss il-widnejn u l-fomm tat-tarbija u jgħid ilkelma “Effetah”. Din hi kelma Griega li tfisser “Infetaħ”. Aktar ‘il quddiem, il-widnejn tat-tarbija jridu jinfetħu għall-Kelma t’Alla u tistqarr lill-Mulej Ġesu’ mhux biss b’fommha iżda b’ħajjitha kollha;
- il-Barka tas-saċerdot f’isem il-Mulej Ġesu’ lil dawk preżenti: l-ewwel lill-ommijiet, imbgħad lill-missirijiet u fl-aħħar, lil dawk kollha li jkunu qed jassistu għal din iċċelebrazzjoni.
- Għalkemm dawn il-punti jkunu ġew spjegati lilkom missaċerdot jew il-koppja li jiġu jżurkom id-dar, tajjeb terġgħu tarawhom ftit qabel il-jum tal-Magħmudija biex tkunu tafu aħjar x’se jseħħ f’uliedkom permezz ta’ dan isSagrament.
- Ftakru fir-responsabbilta’ kbira li għandkom bħala ġenituri, biex tagħtu eżempju tajjeb lil uliedkom ħalli jikbru bħala bnedmin, kif ukoll bħala nsara.
- Aħna, bħala parroċċa, nawgurawlkom ħafna, u nkomplu ngħinukom permezz tal-formazzjoni li noffru kemm lillġenituri kif ukoll lit-tfal. Għalhekk nittama li aktar ‘il quddiem tħabirkulhom għad-duttrina sabiex jirċevu ssagramenti, fosthom it-Tqarbin u l-Griżma tal-Isqof.
- Nagħmlu appell biex kulħadd jiġi liebes b’mod deċenti. Kemm l-omm kif ukoll il-parrina u jekk se jkun hemm xi mistednin, għandom jiġu b’ilbies adatt għat-Tempju talMulej.
- Fl-Uffiċċju Parrokkjali ingħatjtu envelope għall-offerta taġħkom. L-offerti jservu biex il-parroċċa tkun tista’ tmexxi ‘l ħidma pastorali tagħha fil-komunita’ tagħna. Nirringrazzjawkom tal-ġenerożita’ tagħkom.
- Min ikollu xi diffikulta’ tajjeb jiddiskutiha mal-Arċipriet minn qabel (mob. 79274587).
Inselli għalikom,
Dun Evan Caruana
Arċipriet
