LILL-GĦARAJJES LI SE JIŻŻEWĠU FIS-SANTWARJU TA’ ĦAŻ-ŻABBAR
Nirringrazzjawkom li għażiltu l-knisja parrokkjali tagħna biex fiha tiċċelebraw is-sagrament taż-żwieġ tagħkom.
Se nagħtukom issa, xi punti għall-ġid tagħkom u tagħna lkoll:
1. Nirrakkomandaw li bħala għarajjes tippreparaw sewwa l-quddiesa tat-tieġ flimkien maċ-ċelebrant.
Evitaw li taħlu ħin żejjed fuq l-organizzazzjoni ta’ din il-ġurnata u ma jkollkomx ħin biżżejjed għal dik li hi tħejjija umana u spiritwali.
2. Tajjeb tħeġġu lill-mistednin tagħkom biex jattendu għaċ-ċelebrazzjoni tal-quddiesa taż-żwieġ. Tkun ħaġa sabiħa li jissiebħu magħkom ħalli jitolbu għalikom u magħkom f’dan il-pass importanti li intom se tagħmlu f’ħajjitkom.
3. Sibu nies li jaqraw tajjeb il-lezzjonijiet u t-talbiet ta’ interċessjoni.
4. Użaw tajjeb il-ħin hekk kif titqarbnu. Evitaw diskors bejnietkom jew li tkunu distratti millmistednin. Il-ħin ta’ wara t-tqarbin hu mument qaddis. Roddu ħajr lill-Mulej li wassalkom sa din il-ġurnata u itolbuh jgħinkom fil-ħajja ġdida li se tibdew.
5. Araw li kemm jista’ jkun tkunu preżenti fil-knisja fil-ħin miftiehem. Aktar ma ddumu ma taslu l-knisja, aktar taslu tard fis-sala. Ikkalkulaw li għandkom madwar siegħa skorruti fil-knisja, bir-ritratti b’kollox.
6. Importanti li, safejn jiddependi minnkom, kulħadd jiġi l-knisja liebes b’mod diċenti. Dan jgħodd l-aktar għall-għarusa, l-ajjutanti tagħha, ix-xhieda, kif ukoll dawk li se jaqraw fil-knisja. Jekk se jkun hemm xi lbies skullat, tajjeb jintlibes xi xall, bolero, ġakkettina, eċċ. Qabel is-sala tinsewx li hemm ilknisja!
7. Araw li l-mużika tkun adatta għall-knisja. Ftehmu ma’ min se jdoqq u jkanta biex jagħżel innijiet talquddiesa. Tajjeb li taraw maċ-ċelebrant l-innijiet li se jintużaw. Il-kant irid ikun live u mhux irrekordjat.
8. Ftehmu magħna minn qabel fejn se jsiru l-fjuri. Tista’ taħbat xi festa u jkun hemm xi tiżjin fuq l-altar, u allura ma jkunux jistgħu jsiru fjuri kull fejn l-għarajjes jixtiequ. Il-fjuri għandhom jibqgħu filknisja u mhux jittieħdu lura wara l-quddiesa.
9. Jekk se jintużaw dwal mill-fotografi aktar minn dawk li nsibu fil-knisja, intom mitluba tinfurmawna minn qabel.
10. Jekk tixtiequ li jintuża l-orgni l-kbir (pipe organ), infurmawna minn qabel ukoll.
11. Ftehemu ma’ tar-ritratti u tal-video biex iħarsu ddinjita’ tal-knisja. M’għandhomx ifixklu l-quddiesa b’ħafna ġiri u ġbid ta’ ritratti, speċjalment waqt ħinijiet li huma ta’ ġabra, bħal waqt il-qari tal-Kelma t’Alla, il-konsagrazzjoni u t-tqarbin. Waqt l-omelija laħjar li l-cameras ikunu fuq stand biex la titilfu intom u lanqas il-kongregazzjoni. Għandha tintuża dejjem il-prudenza.
12. Jekk se jintefgħu l-konfetti fuq l-għarajjes, araw li dawn jintefgħu barra mill-bieb tal-knisja biex tevitaw li jidħlu ġewwa.
13. Jekk ikun se jsir xi rehearsal, dan għandu jsir bi ftehim magħna minn qabel. Propjament mhemmx bżonn li jsir wieħed, iżda jekk taraw il-bżonn tiegħu, irid ikun preżenti s-saċerdot ħalli jgħaddi magħkom ir-rit taż-żwieġ. Ikunu jistgħu jiġu biss lgħarus, l-għarusa u l-bestman jew l-organiser.
Tifhmu li ma jkunx possibbli li jkunu preżenti aktar nies ħalli nevitaw il-konfużjoni fil-knisja billi jkollna ħafna tiġijiet fis-Santwarju. Dawn ikunu bejn il 5.00pm u l-5.30pm minħabba li jkun hemm impenji oħra fil-knisja.
14. M’hemmx għalfejn jitqiegħdu l-Unity Candles fuq laltar. Dawn huma simbolu ta’ dak li tkunu għadkom kif iċelebrajtu. La tkunu diġa sirtu ħaġa waħda bejnietkom permezz tas-Sagrament taż-żwieġ, ma jkunx hemm għalfejn terġgħu tagħmluh forma ta’ simbolu.
X’mhux pemess li jsir:
a) fjuri artifiċjali. Il-fjuri huma offerta lil Alla fit-tempju tiegħu, għalhekk għandhom ikunu fjuri naturali.
b) Ma jkunux jistgħu jittieħdu lura l-fjuri mill-knisja.
c) M’għandhomx jitneħħew bankijiet jew għamara oħra mill-knisja mill-post fejn jinsabu. Il- bankijiet tal-kursija ma jitressqux biex jitwessa l-passaġġ.
d. Globi u xemgħat mal-bankijiet tal-knisja.
e. Petali fuq it-tapit l-aħmar – la naturali u lanqas artifiċjali.
f. Jekk se jintużaw speakers jew mixers kbar, araw li dawn ikunu moderati. Il-knisja tagħna għandha akustika tajba u amplifikazzjoni tassound, speċjalment għall-mużika, toħloq storbju bla bżonn. L-ispeakers ma jitqiegħdux fuq ilpresbiterju.
Nittamaw li dawn il-punti jgħinukom biex torganizzaw aħjar din il-ġurnata sabiħa u qaddisa tagħkom.
Għajnuna lis-Santwarju:
Tifhmu li l-ħlas li intom tagħmlu lill-Kurja jinqasam bejn ilparroċċi tal-għarus u tal-għarusa, l-knisja fejn isir it-tieġ, kif ukoll għall-amministrazzjoni tal-Kurja. Tkun milqugħa għalhekk kull donazzjoni min-naħa tagħkom. Din tmur għallħin extra ta’ dawl, overtime tas-sagristana, għajnuna lil dawk li jieħdu d-dokumenti tagħkom lill-Public Registry wara t-tieġ u oħrajn. Għalhekk kull għajnuna għas-Santwarju tkun milqugħa, kulħadd skond il-mezzi tiegħu.
Grazzi ħafna talgħajnuna tagħkom.
